Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Kif tieħu sehem

L-Erasmus+ hu programm wiesa’ ħafna, li jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet. Il-mod kif tista’ tieħu sehem jiddependi b’mod wiesa’ fuq żewġ fatturi:

  1. jekk qed tapplika f’ismek jew f’isem organizzazzjoni
  2. f’liema pajjiż int jew l-organizzazzjoni tiegħek hi bbażata

Din il-paġna fiha ħarsa ġenerali lejn kif tieħu sehem. Se jkollok bżonn tiċċekkja l-azzjoni speċifika li inti interessat fiha biex tara l-kriterji li għandek tissodisfa.

Quick explainer

Individwi mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja jew mit-Turkijajistgħu jipparteċipaw fil-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet peress li dawn il-pajjiżi mhux tal-UE huma assoċċjati mal-programm Erasmus+.

Għal individwi minn pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE hemm xi opportunitajiet, pereżempju Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus jew id-dimensjoni internazzjonali tal-iskambju tal-istudenti u tal-istaff (jekk l-università tiegħek tieħu sehem) u tal-iskemi ta’ skambju taż-żgħażagħ.

Int se jkollok bżonn tiċċekkja l-paġni ta’ opportunità għal aktar informazzjoni, billi l-eliġibilità tvarja bejn l-opportunitajiet.

Hemm 2 tipi ta’ pajjiżi fejn l-Erasmus+ huwa attiv.

L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+. Dawn jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi kandidati tal-UE u oħrajn. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi tal-Programm.

Il-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem f’ċerti azzjonijiet tal-Erasmus+. Hemm ħafna minn dawn, li jkopru d-dinja kollha. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi Sħab.

Ara l-lista sħiħa tal-pajjiżi eliġibbli

These descriptions determine the countries in which Erasmus+ activities may take place, and which type of activities are possible.

EU Member States and third countries associated to the Programme

These can fully take part in all the actions of the Erasmus+ Programme. They include all EU countries, members of the European Free Trade Association (EFTA), candidate EU countries and others.

Third countries not associated to the Programme

These can take part in certain Erasmus+ actions. There are many of these, spanning the globe.

Applikanti individwali

Jekk qed tfittex li tieħu sehem int stess, x’aktarx li jkollok tapplika permezz ta’ organizzazzjoni bħal università, ċentru tat-taħriġ, kumpanija eċċ.

Tista’ tistaqsihom jekk humiex qed japplikaw għal għotja għal proġett, jew esplora l-app Erasmus+ għal parir u ispirazzjoni.

Għall-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet, l-organizzazzjoni tiegħek trid tkun tinsab f’pajjiż tal-programm. Dawn huma l-Istati Membri tal-UE u lista qasira ta’ pajjiżi oħrajn assoċjati mal-Programm. Azzjonijiet oħrajn huma miftuħin ukoll għal gruppi ta’ pajjiżi oħrajn mhux assoċjati mal-Programm.

Ara l-lista tal-pajjiżi tal-programm Erasmus+ (l-istati membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-Programm)

Organizzazzjonijiet applikanti

Jekk int organizzazzjoni li qed tfittex li tapplika għal għotja għal proġett jew sejħa għal proposti, aqra l-passi ta’ reġistrazzjoni li trid tieħu l-ewwel.

Aqra l-proċess ta’ reġistrazzjoni u passi oħrajn

Għandek tiċċekkja wkoll il-lista tal-pajjiżi tal-programm u tal-pajjiżi sħab, peress li fejn int ibbażat se jkollu impatt fuq dak li tista’ tapplika għalih.

Quick explainer

Funding opportunities are managed by either the European Education and Culture Executive Agency (EACEA) or by National Agencies.

Get more help with seeing who manages your call

Dettalji sħaħ dwar il-programm ta’ din is-sena

Għal dettalji komprensivi dwar min jista’ jieħu sehem, fittex il-Gwida tal-Programm għall-azzjoni jew il-qasam li inti interessat fih.

Qed tfittex biex tapplika minn barra l-UE

Aqra l-gwida dwar l-applikazzjoni minn barra l-UE

Applikazzjoni ma’ sieħeb fi proġett

It-tfittxija ta’ sieħeb fil-portal tal-UE dwar il-Finanzjament u l-Offerti tgħinek tfittex sħab potenzjali għall-proposta tiegħek.

Fittex sieħeb potenzjali tal-proposta għal proġett

Financial support

Individuals and organisations might be able to benefit from financing under the Skills and Education Guarantee (S&E). This is a pilot debt financing initiative run by the European Investment Fund (EIF).

The S&E follows the previous Erasmus+ Master Loan scheme, which ran from 2015-2022.

Funding is available through financial intermediaries such as banks and social investment funds. 

See a list of these financial intermediaries under "Information for final beneficiaries" on the website of the EIF.