Profil tal-Applikant
Skejjel u fornituri tal-VET fil-pajjiżi kollha tal-programm Erasmus+.
Network irid ikun magħmul minn tal-anqas 5 organizzazzjonijiet minn mill-inqas 3 pajjiżi differenti tal-programm Erasmus+.
Mhux disponibbli għall-individwi.
Tul ta’ żmien: 3 snin
Għotja massima għal kull Network: €300,000 (li jirrappreżentaw massimu ta’ 80% tal-ispejjeż totali)
X’jikkwalifika bħala Network Jean Monnet għall-iskejjel u l-istitut tal-VET?
L-iskambju ta’ prattiki tajbin u t-tagħlim konġunt bejn l-iskejjel u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fi grupp sħiħ ta’ pajjiżi, biex jiġi ffaċilitat fehim komuni dwar metodoloġiji ta’ tagħlim dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Din il-linja tal-Azzjonijiet Jean Monnet hija stabbilita biex tappoġġja attivitajiet li ma jistgħux jinkisbu fil-livell nazzjonali, kif ukoll dawk b’dimensjoni multinazzjonali.
X’inhu mistenni minn Network Jean Monnet?
Se jkunu l-iskejjel/il-fornituri tal-VET innifishom li se jiddefinixxu it-temi li se jaħdmu fuqhom. Dawn jistgħu jinkludu:
- modi ġodda jew innovattivi biex jiġi indirizzat it-tagħlim ta’ diversi kwistjonijiet tal-UE, inkluża l-proposta ta’ metodoloġiji ġodda u l-ħolqien ta’ għodod li jappoġġjaw lill-istudenti.
- l-iskambju ta’ prattiki tajbin u esperjenzi ta’ tagħlim ta’ kwistjonijiet tal-UE, inkluż kif dawn jiffaċċjaw sfidi speċifiċi.
L-għalliema jista’ jkollhom esperjenzi ta’ mobbiltà ta’ ftit jiem biex jorganizzaw u jwettqu attivitajiet ta' tagħlim u ta' tutoraġġ konġunti mas-sħab tagħhom.
Skadenzi u formoli ta’ applikazzjoni
Related funding opportunities
ERASMUS-JMO-2023-NETWORKS-SCHOOLS
Jean Monnet Networks in other fields of Education and Training
ERASMUS-JMO-2022-NETWORKS-SCHOOLS