Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Il-bini tal-kapaċità (edukazzjoni għolja)

X'inhu l-għan?

Il-proġetti tal-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja huma proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali, ibbażati fuq sħubijiet multilaterali, primarjament bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Sħab eleġibbli.

L-għan ta' dawn il-proġetti hu li jappoġġjaw Pajjiżi Sħab eleġibbli biex:

  • jimmodernizzaw, isiru internazzjonali u jżidu l-aċċess għall-edukazzjoni għolja
  • jindirizzaw l-isfidi li jaffaċċjaw l-istituzzjonijiet u s-sistemi ta' edukazzjoni għolja
  • iżidu l-kooperazzjoni mal-UE
  • jikkonverġu b'mod volontarju mal-iżvilupp tal-UE fl-edukazzjoni għolja, u
  • jippromwovu l-kuntatti bejn il-persuni, is-sensibilizzazzjoni interkulturali, u l-fehim.

Dan isir fil-kuntest ta' żewġ dokumenti ta' politika ewlenin u l-politika definita mill-erba' strumenti ta' finanzjament kumplementari;

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi l-opportunità lill-organizzazzjonijiet minn Pajjiżi Sħab eleġibbli, li x’aktarx ikunu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja (HEIs), biex jippromwovu l-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li:

  • itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni għolja u l-allinjament tagħha mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol,
  • itejbu l-livell tal-ħilijiet fl- HEIs permezz ta’ programmi edukattivi ġodda,
  • isaħħu l-kapaċità tal-immaniġġjar, il-governanza, u l-innovazzjoni, kif ukoll l-internazzjonalizzazzjoni,
  • jibnu l-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali li jimmodernizzaw is-sistemi ta' edukazzjoni għolja proprji tagħhom, u
  • irawmu l-integrazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni bejn reġjuni differenti fid-dinja.

Il-proġetti tal-bini tal-kapaċità tipikament jiffukaw fuq waħda minn tliet attivitajiet prinċipali:

  • l-attivitajiet ta' żvilupp tal-kurrikulu
  • il-modernizzazzjoni tal-governanza u l-immaniġġjar tal- HEIs u tas-sistemi
  • it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn is-sistemi tal-edukazzjoni għolja u l-ambjent ekonomiku u soċjali usa’.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jagħżlu minn żewġ tipi ta' proġetti:

  1. Proġetti konġunti, li għandhom l-għan li jappoġġjaw organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab (jiġifieri permezz tal-iżvilupp tal-kurrikulu, il-modernizzazzjoni tal-immaniġġjar, eċċ.), u
  2. Proġetti strutturali, li għandhom l-għan li jsaħħu s-sistemi tal-edukazzjoni għolja u jippromwovu riformi fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali.

Kif jaħdem?

L-organizzazzjonijiet bil-ħsieb li japplikaw iridu jagħmlu dan bħala parti minn konsorzju. Għal proġetti li jindirizzaw Pajjiż Sieħeb wieħed, fil-prinċipju konsorzju jrid jinkludi żewġ Pajjiżi tal-Programm, kif ukoll:

  • tal-anqas HEI waħda minn kull Pajjiż tal-Programm li qed jieħu sehem
  • tal-anqas tliet HEIs mill-Pajjiż Sieħeb
  • tal-anqas l-istess ammont ta' HEIs mill-Pajjiż Sieħeb daqs kemm hemm HEIs mill-Pajjiżi tal-Programm

Għal proġetti li jindirizzaw aktar minn Pajjiż Sieħeb wieħed, iridu jkunu involuti tal-anqas żewġ Pajjiżi Sħab eleġibbli u tal-anqas żewġ Pajjiżi tal-Programm. Fil-prinċipju, konsorzju jrid jinkludi:

  • tal-anqas HEI waħda minn kull Pajjiż tal-Programm li qed jieħu sehem
  • tal-anqas żewġ HEIs minn kull Pajjiż sieħeb li qed jieħu sehem
  • tal-anqas l-istess ammont ta' HEIs mill-Pajjiż Sieħeb daqs kemm hemm HEIs mill-Pajjiżi tal-Programm

Il-Pajjiżi Sħab eleġibbli huma dawk fir-Reġjuni 1-4 u 6-11. Il-Proġetti li jinvolvu r-Reġjun 8 (l-Amerika Latina) iridu jinvolvu tal-anqas żewġ Pajjiżi Sħab mir-Reġjun u l-proġetti li jinvolvu l-Federazzjoni Russa (ir-Reġjun 4) iridu jinvolvu tal-anqas Pajjiż Sieħeb ieħor minn reġjun differenti. Il-Proġetti Strutturali kollha jridu jinkludu l-Ministeru responsabbli għall-edukazzjoni fil-Pajjiż Sieħeb.

Konsorzju jrid ikun immexxi minn applikant, organizzazzjoni li tissottometti l-proposta f'isem is-sħab u li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali tal-proġetti. L-applikant irid ikun:

  • istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja (idealment minn pajjiż sieħeb)
  • assoċjazzjoni jew organizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, jew
  • fil-każ tal-Proġetti Strutturali, organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali tar-retturi, tal-għalliema jew tal-istudenti li tkun legalment rikonoxxuta.

Organizzazzjonijiet mil-Libja, is-Sirja u l-Federazzjoni Russa ma jistgħux jaġixxu bħala applikanti.

Is-sħab tal-proġett jistgħu jkunu jew istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jew kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw bħala:

  • Sħab Sħaħ, li jipparteċipaw attivament fil-proġett taħt l-awtorità tal-applikant, u
  • Sħab Assoċjati, li jikkontribwixxu għal kompiti jew attivitajiet speċifiċi.

Is-Sħab Assoċjati ma jitqisux parti mill-konsorzju u, għalhekk, ma jistgħux jibbenefikaw minn xi appoġġ finanzjarju mill-proġett.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Il-proġetti tal-Bini tal-Kapaċità tipikament jiffukaw fuq tliet attivitajiet prinċipali:

  • l-attivitajiet ta' żvilupp tal-kurrikulu
  • il-modernizzazzjoni tal-governanza u l-immaniġġjar tal-Istituzzjonijiet u s-sistemi ta' Edukazzjoni Għolja
  • it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-ambjent tal-Edukazzjoni Għolja u l-ambjent ekonomiku u soċjali usa’.

Il-proġetti tipikament idumu sentejn jew tlieta u l-għotja tvarja bejn EUR 500,000 u EUR 1 miljun. Din tista' tintuża biex tkopri l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, it-tagħmir u l-attivitajiet ta' sottokuntrattar.

Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Għolja stabbiliti f’Pajjiżi tal-Programm irid jkollhom Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja valida.

Kif tapplika?

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi online taħt waħda mis-sejħiet annwali għall-proposti ppubblikati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet tal-bini tal-kapaċità, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Jekk int minn pajjiż fir-reġjuni 1, 2, 3, 4 u 7 - jew int interessat li tikkoopera ma' istituzzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' Erasmus+ f'dak il-pajjiż sieħeb.

Jekk int minn Pajjiż tal-Programm tista' tikkuntattja wkoll lill-Punt ta' Kuntatt Internazzjonali ta' Erasmus+ fl-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

Related funding calls

Find out more

The Erasmus+ Programme Guide is the main source of information on capacity building opportunities, although more information on the application process is available from the European Education and Culture Executive Agency.

For further information you can contact the European Education and Culture Executive Agency.

If you are from a country in regions 1, 2, 3, 4 and 6 – or interested in cooperating with institutions from one of these countries, you may wish to contact the National Erasmus+ Office in that partner country.

If you are from an EU Member state or a third country associated to the programme, you can also contact the International Erasmus+ Contact Point in your National Agency.