Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

DiscoverEU

DiscoverEU tagħti liċ-ċittadini ta’ 18-il sena l-opportunità li jiskopru l-Ewropa permezz ta’ esperjenzi ta’ tagħlim. Int u tivvjaġġa prinċipalment bil-ferrovija (hemm eċċezzjonijiet għal dawk li jgħixu fuq gżejjer jew f’żoni remoti), se tesplora l-pajsaġġi sbieħ tal-Ewropa u l-varjetà tal-ibliet u l-irħula tagħha.

Azzjoni ta’ inklużjoni

Finanzjament speċifiku hu disponibbli bħala parti mill-azzjoni DiscoverEU għaż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet biex jesploraw l-Ewropa. Huma jistgħu jirċievu appoġġ addizzjonali biex jegħlbu l-ostakli għall-applikazzjoni u l-ivvjaġġar.

Din l-azzjoni għandha l-għan li tilħaq u tinkludi lil dawk li normalment ma japplikawx fuq inizjattiva tagħhom stess.

Aqra l-kriterji dettaljati tal-valutazzjoni tal-proġett u l-proċess tal-applikazzjoni

Ċiklu ta’ Tagħlim ta’ DiscoverEU

Mill-2022, l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+, li magħhom taħdem l-UE biex tqarreb il-programm Erasmus+ lejn il-parteċipanti, jorganizzaw attivitajiet li jsaħħu l-aspett edukattiv ta’ DiscoverEU.

Dawn jinkludu t-tħejjija ta’ pakketti ta’ informazzjoni u/jew laqgħat ta’ qabel it-tluq, laqgħat għall-parteċipanti madwar l-Ewropa, u sessjonijiet ta’ koordinazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multiplikaturi bħal skejjel, gruppi taż-żgħażagħ jew muniċipalitajiet lokali.