Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Persunal (tagħlim)

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni tal-edukazzjoni barra l-pajjiż.

Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli kemm għal persunal li jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni kif ukoll għal individwi f'negozji li jiġu mistiedna jaqsmu l-għarfien tagħhom ta' settur, suġġett jew kwistjoni partikolari mal-istudenti.

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tgħallem f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni li joperaw fil-livelli kollha.

L-edukazzjoni għolja

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja barra l-pajjiż. Jekk taħdem f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja, tista' tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni f'Pajjiż tal-programm jew f'Pajjiż sieħeb ta’ Erasmus+. Persuni li jaħdmu fin-negozju jistgħu jirċievu appoġġ biex jgħallmu u jaqsmu l-għarfien ma' istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu f'Pajjiż tal-programm.

Kun af iktar

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) barra l-pajjiż. Jekk taħdem f’VET, tista' tqatta' żmien tgħallem f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-programm ta’ Erasmus+.

Kun af iktar

L-edukazzjoni skolastika

Erasmus+ jappoġġja sessjonijiet ta' tagħlim fi skejjel barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja. Permezz tat-tagħlim barra l-pajjiż, tista' tiggwadanja perspettiva aktar miftuħa tal-edukazzjoni, twettaq skambju ta' għarfien mal-kollegi tiegħek f'pajjiż ieħor u titgħallem prattiki tajbin fl-edukazzjoni. Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli bejn l-iskejjel ibbażati fil-Pajjiżi tal-programm ta’ Erasmus+.

Kun af iktar

L-edukazzjoni tal-adulti

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż. Jekk taħdem fl-edukazzjoni tal-adulti, tista' tqatta' żmien tgħallem jew tipprovdi taħriġ f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-programm ta’ Erasmus+. Esperjenzi u skambji bħal dawn jistgħu jgħinu fit-titjib tal-ħiliet lingwistiċi u tal-għarfien kulturali, kif ukoll jipprovdu perspettiva ġdida dwar prattiki u metodi ta’ tagħlim.

Kun af iktar

Persunal b’kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-persunal għandu dritt għall-istess servizzi ta’ appoġġ mgħoti lill-persunal lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Kun af iktar