Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Opportunitajiet ta' taħriġ għall-istaff

Bl-Erasmus+, huma disponibbli opportunitajiet ta' taħriġ għall-istaff li jaħdem fl-edukazzjoni, kemm bħala għalliem kif ukoll f'kapaċitajiet oħrajn.

Il-perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'monitoraġġ tal-impjieg, perjodi ta' osservazzjoni, korsijiet ta' żvilupp personali jew avvenimenti speċifiċi għall-bini tal-kompetenza.

L-Erasmus+ jappoġġja t-taħriġ kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll f'organizzazzjonijiet rilevanti li joperaw barra s-settur.

L-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' żvilupp personali huma disponibbli għal staff li jaħdem fil-livelli kollha ta' edukazzjoni.

Edukazzjoni għolja

L-Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ għal staff li jaħdem f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Bl-Erasmus+, int tista' titħarreġ f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'pajjiż tal-Programm Erasmus+ jew f'pajjiż Sieħeb. Jekk qed taħdem f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f’pajjiż tal-Programm, tista’ titħarreġ ukoll f’organizzazzjoni barra mis-settur f’pajjiż tal-Programm jew f’pajjiż Sieħeb.

Tgħallem aktar

Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

L-Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali ta’ persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) permezz ta’ perjodi ta’ taħriġ barra mill-pajjiż. Dawn l-opportunitajiet jistgħu jikkonsistu f’korsijiet strutturati, assenjazzjonijiet ta’ taħriġ jew perjodi ta’ monitoraġġ tal-impjiegi f’istituzzjoni tal-ETV jew f’organizzazzjoni rilevanti oħrajn, ibbażati f’pajjiż tal-Programm Erasmus+.

Tgħallem aktar

Edukazzjoni skolastika

L-Erasmus+ jappoġġja attivitajiet ta' tagħlim barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja. Dawn l-opportunitajiet jistgħu jikkonsistu f’korsijiet strutturati, assenjazzjonijiet ta’ taħriġ jew perjodi ta’ monitoraġġ tal-impjiegi fl-iskejjel u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn involuti fl-edukazzjoni skolastika, ibbażati f’pajjiż tal-programm Erasmus+.

Tgħallem aktar

Edukazzjoni għall-Adulti

L-Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż. Dawn l-opportunitajiet jistgħu jikkonsistu f’korsijiet strutturati, assenjazzjonijiet ta’ taħriġ jew perjodi ta’ monitoraġġ tal-impjiegi f’organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni għall-adulti, ibbażati fil-pajjiż tal-Programm Erasmus+.

Tgħallem aktar

Staff b’kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-istaff għandu dritt għall-istess servizzi ta’ appoġġ mgħoti lill-istaff lokali mill-istituzzjonijiet riċeventi.

Tgħallem aktar