Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Traineeships barra l-pajjiż għall-istudenti

Ħarsa ġenerali

L-Erasmus+ jappoġġa t-traineeships (prattiki tax-xogħol, internships) barra l-pajjiż fi kwalunkwe post tax-xogħol għall-istudenti rreġistrati bħalissa f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi tal-programm Erasmus+ fil-livell tal-Baċċelerat jew tal-Masters ta’ ċiklu qasir kif ukoll għall-kandidati tad-dottorat. Dawn l-opportunitajiet miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti.

Fejn trid tfittex u tapplika

  • il-Portal għat-traineeships “Erasmus Intern” żviluppat min-Network tal-istudenti tal-Erasmus, jista' jgħinek issib opportunitajiet ta’ traineeships tal-Erasmus+ offruti mill-kumpaniji
  • tista' tapplika wkoll mill-uffiċċju internazzjonali jew dak tal-Erasmus+ tal-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tiegħek

Appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi

L-aċċess għall-Appoġġ Lingwistiku Online tal-Erasmus+ se jgħinek titgħallem il-lingwa użata fil-post tax-xogħol tiegħek.

Kundizzjonijiet

It-traineeships tal-Erasmus+ miftuħin għall-istudenti kollha rreġistrati f’istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li għandha Karta Erasmus+ għall-Edukazzjoni Għolja.

It-traineeship irid ikun rilevanti għat-tagħlim relatat mal-lawrja u l-bżonnijiet għall-iżvilupp personali u, meta possibbli, irid ikun integrat mal-programm tal-istudju.

Traineeship jista’ jsir fi kwalunkwe organizzazzjoni fid-dinja kollha (bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE).

Tul ta’ żmien

It-traineeships barra l-pajjiż jistgħu jirċievu appoġġ mill-Erasmus+ minn xahrejn sa 12-il xahar.

L-istudenti u l-gradwati reċenti jistgħu jagħmlu wkoll mobbiltà mħallta. Jiġifieri jagħmlu kemm żmien qasir jgħixu fiżikament barra l-pajjiż (bejn 5 ijiem u 30 jum) kif ukoll perjodu virtwali.

It-trainees jistgħu wkoll jgħaqqdu traineeship tal-Erasmus+ ma’ perjodu ta' studju barra l-pajjiż.

Il-benefiċċji tal-parteċipazzjoni 

Għall-istudenti u l-gradwati reċenti

  • jiżviluppaw ħiliet intraprenditorjali u kreattivi apprezzati ħafna minn impjegaturi futuri
  • itejbu l-ħiliet fil-lingwi barranin, u l-ħiliet interpersonali u dawk interkulturali biex jaħdmu f’tim
  • jiksbu fehim aktar fil-fond ta’ pajjiż ieħor u kultura oħra

Għall-kumpaniji

  • trainee jista’ jipprovdi perspettiva internazzjonali ġdida u ideat innovattivi
  • trainee jġib miegħu entużjażmu ġdid u żieda fil-kompetittività u l-innovazzjoni
  • il-kisba tal-perspettivi tat-trainees dwar il-kultura ta’ pajjiżhom, tista’ tiftaħlek il-bibien għal swieq ġodda u tespandilek in-negozju
  • jissaħħu l-kompetenzi fil-kumpanija: it-trainee jitgħallem mill-impjegati, iżda l-impjegati jistgħu jitgħallmu wkoll minn trainee internazzjonali bis-saħħa tal-interazzjonijiet b’lingwi differenti u l-ħiliet aġġornati fl-IT

Il-kumpaniji jistgħu jippowstjaw l-offerti tagħhom ta’ traineeships fuq il-Portal għat-traineeships “Erasmus Intern”.

Appoġġ finanzjarju

Il-livelli tal-għotjiet għall-organizzazzjonijiet huma ppubblikati fil-Gwida tal-Programm Erasmus+.

Skopri aktar

Kun af id-drittijiet u l-obbligi tiegħek meta tistudja jew tagħmel traineeship barra l-pajjiż.

L-istudenti li għandhom aktar mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-Erasmus+ jistgħu jikkuntattjaw lill-istituzzjoni tagħhom jew lill-aġenzija nazzjonali tagħhom.

L-istituzzjonijiet jistgħu jniżżlu l-gwida dwar il-mobbiltà mħallta, li tagħti d-dettalji dwar kif l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jistgħu jorganizzaw opportunitajiet ta’ mobbiltà mħallta għall-istudenti u l-istaff.

Last updated: