Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Din il-paġna web għadha ma tirriflettix il-kontenut tal-Gwida tal-Programm Erasmus+ 2022. Madankollu, tista’ tiddawnlowdja l-gwida sħiħa għall-2022 bħala PDF fil-lingwa li għażilt permezz ta’ “Download” li tinsab fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

Pass 4: Imla u ssottometti l-formola ta’ applikazzjoni

Biex jagħmlu talba għal għotja mill-UE taħt il-Programm Erasmus+, l-applikanti għandhom jużaw il-formoli speċifiċi għal kul azzjoni u disponibbli fuq is-siti web tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Aġenziji Nazzjonali (għad-dettalji ta’ kuntatt, jekk jogħġbok segwi l-link li ġej: http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/contact_mt).

F’każ ta’ proġetti sottomessi f’isem konsorzju, il-koordinatur jissottometti applikazzjoni unika għall-proġett sħiħ f’isem il-membri kollha tal-konsorzju. L-applikazzjoni trid tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali jew Eżekuttiva xierqa (ara t-taqsimiet “fejn napplika” għal kull azzjoni, fil-Parti B ta’ din il-Gwida).

L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta, b’servizz ta’ kurrier, bil-faks jew bil-posta elettronika mhux se jiġu aċċettati.

Fil-każ ta’ azzjonijiet ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali, il-formola elettronika trid timtela b’waħda mil-lingwi uffiċjali użati fil-Pajjiżi tal-Programm. F’każ ta’ azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva, l-applikanti jridu jimlew il-formola f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi biss lil Aġenzija Nazzjonali waħda jew lill-Aġenzija Eżekuttiva. F’każ ta’ aktar minn sottomissjoni waħda tal-istess applikazzjoni fl-istess sensiela ta’ għażla lill-istess Aġenzija Nazzjonali jew l-Aġenzija Eżekuttiva, l-Aġenzija Nazzjonali jew Eżekuttiva dejjem se jikkunsidraw valida l-aħħar verżjoni sottomessa qabel ma tkun skadiet id-data ta’ skadenza. F’każ ta’ aktar minn sottomissjoni waħda tal-istess applikazzjoni jew ta’ applikazzjonijiet li huma simili ħafna mill-istess organizzazzjoni jew konsorzju applikant lil Aġenziji differenti, l-applikazzjonijiet kollha jistgħu jiġu irrifjutati b’mod awtomatiku (ara t-taqsima dwar l-għoti mhux kumulattiv).

Għal aktar informazzjoni dwar kif timla u tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok żur is-siti web li ġejjin:

Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+: jekk jogħġbok ikkonsulta l-linji gwida dwar kif timla u tissottometti formola elettronika. Dawn il-linji gwida jipprovdu wkoll informazzjoni dwar x’għandek tagħmel fil-każ ta’ problemi tekniċi; dawn huma disponibbli fuq is-siti web tal-Aġenziji Nazzjonali (għal Azzjonijiet ġestiti minnhom) u tal-Kummissjoni Ewropea.

  • Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva: L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku permezz tas-Sistema Elettronika ta’ Sottomissjoni tal-Portal ta’ Finanzjament u ta’ Offerti. Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ sottomissjoni (inklużi aspetti tal-IT), ikkonsulta l-Manwal Online disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/docs/2021-2027/common/guidance/om_en.pdf

Irrispetta l-iskadenza

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa sal-iskadenza stabbilita għal kull Azzjoni. Id-dati ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-proġetti huma speċifikati għal kull Azzjoni fil-Parti B “Kriterji ta’ Eliġibbiltà” ta’ din il-Gwida.

N.B.:

Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+, irrispettivament mill-jum tal-iskadenza, id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-formoli elettroniċi hija dejjem stabbilita għal 12:00:00 (nofsinhar ħin ta’ Brussell).

Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva EACEA u koperti f’din il-Gwida tal-Programm, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti (FTOP) tal-Kummissjoni, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti lill-EACEA hija fil-17:00:00 (ħin ta’ Brussell).

L-applikanti stabbiliti f’pajjżi li għandhom żona ta’ ħin differenti għandhom jikkunsidraw b’attenzjoni d-differenzi fil-ħin biex jevitaw milli jiġu rifjutati.

.foot {font-size: 0.8em; margin-left: 2.5em; border-top: 1px solid black;} table, td, tr{border: 1px solid black; cellpadding="1"; cellspacing="1";} table{margin-bottom: 30px;}