Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Din il-paġna web għadha ma tirriflettix il-kontenut tal-Gwida tal-Programm Erasmus+ 2022. Madankollu, tista’ tiddawnlowdja l-gwida sħiħa għall-2022 bħala PDF fil-lingwa li għażilt permezz ta’ “Download” li tinsab fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

Pass 1: Reġistrazzjoni

L-applikanti kollha jridu jiġu rreġistrati https://webgate.ec.europa.eu/erasmus-esc jekk ma jkunux diġà rreġistraw.

Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva:

Biex tirreġistra fil-Portal tal-opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti, ir-rappreżentant legali tal-applikant għandu jwettaq il-passi li ġejjin:

  • Joħloq kont tal-Login tal-UE (sakemm il-persuna li tirrappreżenta lill-applikant ma jkollhiex kont diġà). Il-kontijiet il-ġodda tal-Login tal-UE jistgħu jinħolqu permezz tas-sit web li ġej:

https://webgate.ec.europa.eu/cas/

  • Taċċessa l-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti fuq:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home u jirreġistraw (jekk applikabbli) f’isem l-organizzazzjoni/il-grupp li jirrappreżentaw. Gwida u Mistoqsijiet Komuni huma disponibbli fuq il-portal.

L-applikant għandu bżonn jirreġistra darba biss. Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-applikant se jikseb PIC[1]. Il-PIC, li huwa identifikatur uniku u huwa neċessarju għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, jippermetti lill-applikant jimla l-formola tal-applikazzjoni b’mod sempliċi (jiġifieri billi jiddaħħal in-numru tal-PIC fil-formola, l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant fl-istadju tar-reġistrazzjoni se tintwera awtomatikament fil-formola).

Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+:

Biex tirreġistra fis-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni ta’ Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, ir-rappreżentant legali tal-applikant għandu jwettaq il-passi li ġejjin:

L-applikanti jeħtieġ li jirreġistraw darba biss. Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-applikant se jikseb l-ID tal-Organizzazzjoni.

L-applikant jista’ jivverifika l-ID tal-Organzzazzjoni tiegħu jew jibdel xi informazzjoni marbuta magħha permezz tas-sisterma tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Erasmus+ u l-Korpi Ewropew ta’ Solidarjetà.

Meta jiddaħħal l-ID tal-Organizzazzjoni fil-formola, l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant fl-istadju tar-reġistrazzjoni se tillowdja u tintwera awtomatikament fil-formola

PROVA TAL-ISTATUS LEGALI:

Bħala parti mill-proċess tar-reġistrazzjoni, l-applikanti għandhom itellgħu wkoll id-dokumenti li ġejjin:

Għal għotjiet li jaqbżu EUR 60 000, l-applikanti jaf ikollhom bżonn ittellgħu dokumenti speċifiċi biex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. Għal aktar dettalji, ara l-għażla “Kriterji tal-Għażla” hawn taħt.

  1. Il-PIC hija informazzjoni obbligatorja fil-formola tal-applikazzjoni.