Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Azzjoni ewlenija 3: Appoġġ għall-iżvilupp ta’ politika u l-kooperazzjoni

L-Azzjoni Ewlenija 3 tipprovdi appoġġ għall-kooperazzjoni politika fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ politiki eżistenti u għall-iżvilupp ta’ politiki ġodda, li jistgħu jiskattaw il-modernizzazzjoni u r-riformi, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u tas-sistemi, fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ taż-żgħażagħ u l-isport.

L-Azzjonijiet implimentati permezz ta’ din l-Azzjoni Ewlenija għandhom l-għan li:

  • iħejju u jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-UE dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport billi jiffaċilitaw il-governanza u l-funzjonament tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni;
  • iwettqu esperimentazzjonijiet ta’ politiki Ewropej, immexxija mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli u li jinvolvu provi fuq il-post dwar il-miżuri tal-politika f’bosta pajjiżi, abbażi ta’ metodi ta’ evalwazzjoni sodi;
  • jiġbru evidenza u għarfien dwar is-sistemi u l-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fil-livell nazzjonali u Ewropew, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ politika raġunat;
  • jiffaċilitaw it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment tal-krediti, irawmu l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-għoti ta’ kredenzjali diġitali, jappoġġaw il-validazzjoni tal-apprendiment mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida;
  • irawmu djalogu ta’ politika mal-partijiet ikkonċernati fi ħdan u barra l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ konferenzi, avvenimenti u attivitajiet oħrajn li jinvolvu lil dawk li jfasslu l-politika, prattikanti u partijiet ikkonċernati oħrajn fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-aġendi tal-politika Ewropea rilevanti u sabiex jippromwovu l-Ewropa bħala destinazzjoni eċċellenti ta’ studju u riċerka;
  • itejbu l-implimentazzjoni tal-programm f’termini kwalitattivi billi jiffaċilitaw it-trasferiment tal-għarfien u l-prattika bejn l-Aġenziji Nazzjonali, jgħammru lill-Aġenziji Nazzjonali u lill-Kummissjoni b’riżorsi ta’ riflessjoni li jippermettu l-elaborazzjoni tal-attivitajiet u l-istrateġiji sabiex jimplimentaw il-programm f’rabta aktar b’saħħitha mal-iżviluppi tal-politika, l-għoti ta’ strumenti għall-isfruttament aħjar tal-potenzjal tas-sinerġiji u l-komplementarjetajiet;
  • jipprovdu opportunitajiet għall-persuni fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjithom b’esperjenza ta’ apprendiment barra mill-pajjiż fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom, bħall-governanza pubblika, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, teknoloġiji ġodda, intrapriża eċċ.;
  • jippermettu lill-korpi ta’ implimentazzjoni tal-Erasmus+ jaġixxu bħala faċilitaturi għat-tkabbir tal-proġetti tal-Erasmus+ biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej ġestiti fil-livell nazzjonali u reġjonali, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-programmi dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura;
  • jappoġġaw avvenimenti, kampanji u attivitajiet oħrajn li jinformaw liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet dwar il-programm Erasmus+ u l-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport;
  • jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajba kif ukoll stejjer ta’ suċċess mill-proġetti appoġġati biex jingħataw aktar viżibbiltà u jikbru fid-daqs fuq livelli lokali, nazzjonali u Ewropej.

Liema azzjonijiet huma appoġġati?

 L-Azzjoni li ġejja hija implimentata permezz tal-Gwida tal-Programm:

  • Żgħażagħ Ewropej Flimkien

Din l-Azzjoni hija ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA).

L-Azzjoni Ewlenija 3 tkopri ħafna Azzjonijiet oħrajn b’appoġġ għar-riforma politika fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ li huma implimentati direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew permezz ta’ sejħiet speċifiċi għal proposti ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura. Dawn l-azzjonijiet huma miġbura fit-taqsimiet li ġejjin:

  • Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika Ewropea;
  • Appoġġ għall-għodod u l-miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki
  • Id-djalogu ta’ politika u l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u l-organizzazzjonijiet internazzjonali
  • Miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-programm
  • Kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni
  • Tixrid u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni

Aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet appoġġati hija disponibbli fuq is-siti web tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aġenzija Eżekuttiva.