Erasmus+ Gwida tal-Programm
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi essenzjali biex wieħed jifhem l-Erasmus+. Hija tipprovdi lill-organizzazzjonijiet u lill-individwi parteċipanti lista komprensiva ta’ opportunitajiet appoġġjati mill-programm.
Il-Gwida tal-Programm 2022 hi disponibbli f’verżjoni online, b’format aktar sempliċi għall-użu u aċċessibbli biex ikun iktar faċli għal min jużaha biex isib l-informazzjoni, kif ukoll verżjoni PDF.
Dwar
X’inhi?
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ 2022 (il-verżjoni 1 tat-24/11/2021) hi parti integrali tas-Sejħa għal Proposti tal-Erasmus+ 2022, ippubblikata fil-24/11/2021.
L-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li qed ifittxu finanzjament fil-qafas ta’ din is-sejħa għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew f’din il-Gwida.
Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar:
- il-prijoritajiet tal-programm,
- l-azzjonijiet appoġġjati,
- il-finanzjament disponibbli għal azzjonijiet differenti,
- l-informazzjoni dettaljata dwar il-parteċipazzjoni.
Liema verżjonijiet lingwistiċi huma disponibbli?
Bħalissa, il-Gwida tal-Programm hi disponibbli bil-lingwi li ġejjin:
il-Bulgaru | iċ-Ċek | id-Daniż | il-Ġermaniż | l-Estonjan | il-Grieg | l-Ingliż | l-Ispanjol | il-Franċiż | it-Taljan | il-Latvjan | il-Litwan | il-Kroat | l-Ungeriż | il-Malti | l-Olandiż | il-Pollakk | il-Portugiż | ir-Rumen | is-Slovakk | is-Sloven | il-Finlandiż | l-Iżvediż
Fil-każ ta’ tifsiriet kunfliġġenti bejn verżjonijiet lingwistiċi differenti, il-verżjoni Ingliża tipprevali.
Kif tapplika?
L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet online lill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż rilevanti, permezz tal-formoli li hemm fuq is-sit web tal-Erasmus+ jew lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura.
Għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA), id-dokumenti rilevanti skont l-azzjoni huma miftuħa għas-sottomissjoni fuq il-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti.
Individwi li jixtiequ japplikaw għandhom jikkuntattjaw l-organizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-istabbiliment edukattiv tagħhom.
Fejn tista' tiskopri aktar?
L-organizzazzjonijiet li qed ifittxu aktar informazzjoni dwar il-proċess jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Nazzjonali, l-Uffiċċju Nazzjonali jew l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura fi Brussell.
Fejn tista' ssib verżjonijiet preċedenti tal-gwida?
2021
- Verżjoni 1 (25/03/2021)
- Verżjoni 2 (08/04/2021)
- Verżjoni 3 (12/05/2021)
2020
- Verżjoni 1 (05/11/2019)
- Verżjoni 2 (26/02/2020)
- Verżjoni 3 (25/08/2020)
Please visit the archive to view older versions of the Programme Guide.