Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Pajjiżi eliġibbli

L-Istati Membri tal-UE jipparteċipaw bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-Erasmus+, il-pajjiżi terzi li ġejjin huma assoċjati mal-programm:

  • il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein;
  • il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali: ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Repubblika tat-Turkija u r-Repubblika tas-Serbja.

L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi msemmija hawn fuq assoċjati mal-programm minn hawn ’il quddiem se jissejħu “Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm”.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament, entitajiet legali minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jistgħu jkunu eliġibbli f’azzjonijiet tal-Erasmus+ f’każijiet iġġustifikati kif xieraq u fl-interess tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm”).

L-istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-Azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+:

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE)1

Il-Belġju, Il-Bulgarija, Iċ-Ċekja , Id-Danimarka, Il-Ġermanja, L-Estonja, L-Irlanda, Il-Greċja, Spanja, Franza, Il-Kroazja, L-Italja, Ċipru, Il-Latvja, Il-Litwanja, Il-Lussemburgu, L-Ungerija, Malta, In-Netherlands, L-Awstrija, Il-Polonja, Il-Portugall, Ir-Rumanija, Is-Slovenja, Is-Slovakkja, Il-Finlandja, L-Iżvezja

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm2

  • Il-Maċedonja ta’ Fuq
  • Is-Serbja
  • L-Iżlanda
  • Il-Liechtenstein
  • In-Norveġja
  • It-Turkija

Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem f’ċerti Azzjonijiet tal-Programm, soġġetti għal kriterji jew kundizzjonijiet speċifiċi (jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti B ta’ din il-Gwida għal-lista eżatta tal-pajjiżi eliġibbli għal kull azzjoni speċifika). Il-finanzjament se jiġi allokat lill-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi fi ħdan it-territorji tagħhom kif rikonoxxut mid-dritt internazzjonali. Il-finanzjament irid jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni li jkun hemm fuq l-assistenza esterna tal-UE imposta mill-Kunsill Ewropew. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-valuri kumplessivi tal-UE tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi kif previst fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-pajjiżi terzi li ġejjin li mhumiex assoċjati mal-Programm huma miġbura mill-ġdid skont l-istrumenti ta’ azzjoni esterna tal-UE, jiġifieri l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali)3  u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)4 .

Il-Balkani tal-Punent (Reġjun 1)

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo5 , il-Montenegro

Il-Viċinat tal-Lvant (Reġjun 2)

L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja6 , il-Georgia, il-Moldova, it-Territorju tal-Ukrajna kif rikonoxxut mid-dritt internazzjonali

Il-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran (Reġjun 3)

L-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael7 , il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina8 ​​​​​​​, is-Sirja9 ​​​​​​​, it-Tuneżija

Il-Federazzjoni Russa (Reġjun 4)

It-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut mid-dritt internazzjonali

Reġjun 5 L-Asja10

  • Il-Bangladesh, il-Bhutan, il-Kambodja, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, l-Indja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mongolja, il-Myanmar, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, is-Sri Lanka, it-Tajlandja u l-Vjetnam
  • Pajjiżi u territorji b’introjtu għoli11 : il-Brunei, Hong Kong, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Macao, Singapore u t-Tajwan

Reġjun 6 L-Asja Ċentrali12

L-Afganistan, il-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan

Reġjun 7 Il-Lvant Nofsani

  • L-Iran, l-Iraq, il-Jemen
  • Pajjiżi b’introjtu għoli: Il-Bahrain, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda

Reġjun 8 Il-Paċifiku13

  • Il-Gżejjer Cook, Fiġi, Kiribati, il-Gżejjer Marshall, il-Mikroneżja, Nauru, Niue, Palau, Papua New Guinea, Samoa, il-Gżejjer Solomon, Timor Leste, Tonga, Tuvalu, Vanuatu
  • Pajjiżi b’introjtu għoli: L-Awstralja, New Zealand

Reġjun 9 L-Afrika sub-Saħarjana14 ​​​​​​​ [ft/]Dawn li ġejjin huma pajjiżi terzi ewlenin f’termini tal-migrazzjoni mhux assoċjati mal-Programm: Il-Burkina Faso, il-Burundi, l-Etjopja, il-Gambja, il-Kosta tal-Avorju, il-Guinea, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan

L-Angola, il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kamerun, Cabo Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, Comoros, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kosta tal-Avorju, il-Djibouti, il-Guinea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Eswatini, l-Etjopja, il-Gabon, il-Gambja, il-Ghana, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Kenja, il-Lesoto, il-Liberja, il-Madagascar, il-Malawi, il-Mali, il-Mauritania, Mauritius, il-Mozambique, in-Namibja, in-Niġer, in-Niġerja, ir-Rwanda, São Tomé u Príncipe, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, is-Somalja, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan, it-Tanzanija, it-Togo, l-Uganda, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.

Reġjun 10 L-Amerka Latina

L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Venezwela

Reġjun 11 Il-Karibew15

Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Barbados, il-Belize, Kuba, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, Grenada, il-Guyana, il-Haiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, is-Suriname u Trinidad u Tobago

Reġjun 12 L-Istati Uniti u l-Kanada

L-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada

Il-pajjiżi terzi li ġejjin li ma humiex assoċjati mal-Programm ma humiex koperti mill-Istrumenti ta’ Azzjoni Esterna:

Reġjun 13

Andorra, Monaco, San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Reġjun 14

Il-Gżejjer Faeroe, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta d-deskrizzjoni dettaljata tal-Azzjonijiet tal-Programm fil-Parti B ta’ din il-Gwida. 

Rekwiżiti rigward viżi u permessi ta’ residenza

Il-parteċipanti fil-proġetti tal-Erasmus+ jista’ jkollhom bżonn jiksbu viża sabiex joqogħdu barra mill-pajjiż fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm li jkun qiegħed jospita l-attività. L-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha huma responsabbli għall-iżgurar li l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa (viżi jew permessi ta’ residenza għal soġġorn qasir jew twil) ikunu nkisbu qabel ma sseħħ l-attività ppjanata. Huwa rrakkomandat ferm li l-awtorizzazzjonijiet jintalbu mingħand l-awtoritajiet kompetenti minn żmien twil qabel, peress li l-proċess jista’ jieħu bosta ġimgħat. L-Aġenziji Nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva jistgħu jagħtu pariri u appoġġ ulterjuri rigward il-viżi, il-permessi ta’ residenza, is-sigurtà soċjali, eċċ. Il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni jinkludi informazzjoni ġenerali dwar il-viża u l-permessi ta’ residenza, kemm għal soġġorni qosra kif ukoll għal dawk twal: https://ec.europa.eu/immigration/

  • 1 Skont l-Artiklu 33.2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland) (EUR-Lex - 32021D1764 - EN - EUR-Lex (europa.eu)) l-Unjoni għandha tiżgura li individwi u organizzazjonijiet minn jew lejn Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (PTEE) għandhom ikunu eliġibbli għall-Erasmus+, skont ir-regoli tal-Programm u l-arranġamenti applikabli għall-Istat Membru li miegħu dawn il-PTEE huma konnessi. Dan ifisser li individwi u organizzazzjonijiet mill-PTEE jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-programm bi status ta’ “Stat Membru tal-UE jew pajjiż terz assoċjat mal-Programm”, fejn l-“Istat Membru tal-UE jew il-pajjiż terz assoċjat mal-Programm” ikun l-Istat Membru li miegħu jkunu konnessi. Il-lista ta’ PTEE tista’ tinstab fuq: https://ec.europa.eu/international-partnerships/where-we-work/overseas-countries-and-territories_en ↩ back
  • 2 Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi. ↩ back
  • 3 Il-Ġurnal Uffiċjali L 209/2021 (europa.eu) ↩ back
  • 4 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?qid=1634636420906&uri=CELEX:32021R1529 ↩ back
  • 5 Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. ↩ back
  • 6 F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 2020 u fid-dawl tal-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, rikonoxxuta fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Frar 2022, l-UE waqfet tinvolvi ruħha ma’ rappreżentanti tal-korpi pubbliċi tal-Belarussja u tal-intrapriżi tal-Istat. Jekk ikun hemm bidla fil-kuntest, dan jista’ jiġi kkunsidrat mill-ġdid. Sadanittant, l-UE tkompli timpenja ruħha ma’ u, fejn possibbli, żiedet l-appoġġ lil atturi mhux statali, lokali u reġjonali, inkluż fil-qafas ta’ dan il-programm kif xieraq. ↩ back
  • 7 Il-kriterji ta’ eliġibbiltà fformulati fl-avviż tal-Kummissjoni Nru 2013/C-205/05 (ĠU tal-UE C-205 tad-19/07/2013, pp. 9-11) għandhom japplikaw għall-azzjonijiet kollha implimentati permezz ta’ din il-Gwida tal-Programm, inkluż fir-rigward ta’ partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju fil-każijiet fejn l-azzjoni rispettiva tkun tinvolvi appoġġ finanzjarju mogħti lil partijiet terzi minn benefiċjarji tal-għotja f’konformità mal-Artikolu 204 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE. ↩ back
  • 8 Dan l-isem ma għandux jiġi interpretat bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni. ↩ back
  • 9 F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ April 2018 dwar is-Sirja, l-istabbilimenti pubbliċi Sirjani ma humiex eliġibbli għal finanzjament taħt l-Erasmus+. ↩ back
  • 10 Il-pajjiżi l-inqas żviluppati fost dawn il-pajjiżi jistgħu jinsabu fuq: https://www.oecd.org/dac/financing-sustainable-development/development-finance-standards/DAC-List-of-ODA-Recipients-for-reporting-2024-25-flows.pdf ↩ back
  • 11 Dan jinkludi l-pajjiżi u t-territorji skont il-lista ta’ pajjiżi b’Introjtu Għoli tal-OECD u huwa mingħajr preġudizzju għall-istatus ta’ jew is-sovranità fuq kwalunkwe territorju, għad-delimitazzjoni tal-fruntieri u l-konfini internazzjonali u għall-isem ta’ kwalunkwe territorju, belt jew żona. ↩ back
  • 12 Bħal hawn fuq ↩ back
  • 13 Bħal hawn fuq ↩ back
  • 14 Bħal hawn fuq ↩ back
  • 15 Il-pajjiżi l-inqas żviluppati fost dawn il-pajjiżi jistgħu jinsabu fuq:DAC-List-of-ODA-Recipients-for-reporting-2022-23-flows.pdf (oecd.org) ↩ back