Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

X’inhuma l-objettivi tal-Programm Erasmus+?

Objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa, permezz tal-apprendiment tul il-ħajja, tal-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli, għall-impjiegi ta’ kwalità u għall-koeżjoni soċjali, li jixpruna l-innovazzjoni u li jsaħħaħ l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni sabiex tinbena ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, filwaqt li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tagħha. Barra minn hekk, dan huwa kruċjali sabiex tiġi avvanzata l-kooperazzjoni fil-politika dwar iż-żgħażagħ fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027 u biex tiġi żviluppata d-dimensjoni Ewropea fl-isport.

Objettivi speċifiċi

Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

  • Li jippromwovi l-mobbiltà għall-apprendiment ta’ individwi u gruppi, kif ukoll il-kooperazzjoni, il-kwalità, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ;
  • Li jippromwovi l-mobbiltà għall-apprendiment mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, il-kwalità, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;
  • Li jippromwovi l-mobbiltà għall-apprendiment tal-persunal tal-isport, kif ukoll il-kooperazzjoni, il-kwalità, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u tal-politiki dwar l-isport.