Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Mobbilità għat-Tagħlim tal-Individwi

L-opportunitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-mobbiltà ta' studenti, staff, trainees, apprendisti, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ.

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet f'dan il-proċess hu li jorganizzaw dawn l-opportunitajiet għall-individwi. Il-benefiċċji għall-organizzazzjonijiet jinkludu żieda fil-kapaċità li joperaw fuq livell internazzjonali, titjib tal-ħiliet maniġerjali, aċċess għal aktar opportunitajiet ta' finanzjament u proġetti, żieda fl-abbiltà ta' preparazzjoni, immaniġġjar u segwitu ta' proġetti, portafoll aktar attraenti ta' opportunitajiet għall-istudenti u l-istaff tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, opportunità ta' żvilupp ta' proġetti innovattivi ma' sħab mid-dinja kollha.

Studenti u staff tal-edukazzjoni għolja

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu studenti, u staff lejn u mingħand pajjiżi parteċipanti. L-istaff jista' jgħallem jew jitħarreġ barra l-pajjiż, filwaqt li l-istudenti u l-kandidati tad-dottorat jistgħu jagħmlu traineeship jew parti mill-istudji tagħhom barra l-pajjiż.

Tgħallem kif tospita jew tibgħat studenti barra minn pajjiżhom

Akkreditazzjoni tal-Erasmus

Għodda għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiftħu għal skambju u kooperazzjoni transfruntiera. L-akkreditazzjonijiet huma miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jridu jorganizzaw attivitajiet ta’ mobbiltà fuq bażi regolari.

Tgħallem dwar il-proċess ta’ akkreditazzjoni

Studenti u staff tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu apprendisti u studenti għal traineeships vokazzjonali barra l-pajjiż, kif ukoll jibagħtu l-istaff tagħhom għat-tagħlim jew għat-taħriġ.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-VET

Staff tal-edukazzjoni skolastika

L-iskejjel jistgħu jibagħtu u jirċievu staff għat-tagħlim u l-iżvilupp professjonali.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni skolastika

Staff tal-edukazzjoni għall-adulti

Huma disponibbli opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti biex jibagħtu jew jirċievu staff biex jgħallmu u jitħarrġu, kif ukoll biex jagħtu korsijiet.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti

Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

L-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw biex imexxu proġetti. Għaż-żgħażagħ, dawn jinkludu skambji taż-żgħażagħ, li jippermettu lil gruppi ta’ żgħażagħ jgħixu u jaħdmu flimkien għal massimu ta’ tliet ġimgħat. Għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-proġetti jiffukaw fuq it-taħriġ u n-networking.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-gruppi ta’ żgħażagħ