Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Akkreditazzjoni ta’ Erasmus fl-oqsma tal-edukazzjoni għall-adulti, tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tal-edukazzjoni skolastika

Reference
EAC/A02/2020
Deadline
29 Oct 2020

L-akkreditazzjoni ta’ Erasmus hija għodda għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-edukazzjoni tal-adulti, tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), u tal-edukazzjoni skolastika li jixtiequ jiftħu għall-iskambju u l-kooperazzjoni transfruntieri. L-għoti tal-akkreditazzjoni ta’ Erasmus jikkonferma li l-applikant ikun stabbilixxa pjan biex jimplimenta attivitajiet ta’ mobbiltà ta’ kwalità għolja bħala parti minn sforz usa’ biex jiżviluppa l-organizzazzjoni tiegħu.

L-organizzazzjonijiet interessati jistgħu japplikaw għal akkreditazzjoni individwali ta’ Erasmus għall-organizzazzjoni tagħhom, jew għal akkreditazzjoni tal-Erasmus għal koordinaturi ta’ konsorzju ta’ mobbiltà. Biex wieħed japplika mhijiex meħtieġa esperjenza preċedenti f’Erasmus+ (2014-2020).

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li attwalment għandhom Karta tal-Mobbiltà tal-ETV ta’ Erasmus+ valida jistgħu jittrasferixxu l-akkreditazzjoni tagħhom għall-Programm futur billi japplikaw għal din is-Sejħa. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għal proċedura ħafifa speċifika għad-detenturi tal-Karta tal-Mobbiltà tal-ETV. Bħala parti minn din is-Sejħa, id-detenturi attwali tal-Karta tal-Mobbiltà tal-ETV jistgħu jingħataw ukoll tikketta ta’ eċċellenza biex tiġi rikonoxxuta l-ħidma tagħhom fil-passat u d-dedikazzjoni għall-kwalità.

L-organizzazzjonijiet akkreditati ta’ Erasmus se jiksbu aċċess simplifikat għall-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-Azzjoni Ewlenija 1 taħt il-Programm futur (2021-2027).

Aġenziji Nazzjonali

Din is-sejħa hija mmaniġġjata mill-Aġenziji Nazzjonali f’kull Pajjiż tal-Programm. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.

Kif tapplika

Aċċess għall-formoli tal-Applikazzjoni tal-akkreditazzjoni ta’ Erasmus (meħtieġ l-EU Login - tista’ toħloq kont jekk ma jkollokx wieħed).

Dokumenti

Regoli tal-applikazzjoni

Standards ta’ kwalità ta’ Erasmus

Data tal-pubblikazzjoni:  28 May 2020